Fis-6 ta’ Frar tal-2021 Justin Schembri, f’elezzjoni interna fil-Partit Nazzjonalista ġie magħżul mill-Kunsilliera Lokali tal-Partit Nazzjonalista biex jokkupa l-kariga ta’ Rappreżentant tal-Kunsilliera Lokali għat-8 Distrett (Birkirkara, Ħal Balzan, Ħal Lija u l-Iklin) fl-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.

Huwa ta diversi intervisti, ġeneralment marbuta mal-qasam tal-edukazzjoni u kiteb ’il fuq minn 350 artiklu fil-gazzetti tal-Partit Nazzjonalista ‘in-Nazzjon’ u ‘il-mument’, imma wkoll anke f’ġurnali ewlenin bl-Ingliż bħal The Times of Malta  u The Malta Independent. Intervista esklussiva riċenti ingħatat lill-gazzetta ‘Illum’ fejn fiha tkellem dwar il-bidla riċenti fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista u l-ħatra ta’ Bernard Grech minflok Adrian Delia.

 

Aqra l-artiklu komplut fuq il-gazzetta Illum

Fil-qasam edukattiv, numru sostanzjali ta’ argumenti, kritika u opinjonijiet tiegħu nqabdu minn midja indipendenti. Kontinwament, Justin Schembri jiġbed l-attenzjoni dwar in-nuqqas ta’ għalliema u l-fatt li mhux qiegħed isir biżżejjed biex din il-kriżi tkun indirizzata, kif ukoll dwar in-nuqqas ta’ kundizzjonijiet xierqa u ħlasijiet diċenti għall-għalliema. 

 

Aqra l-artiklu komplut fuq il-gazzetta Loving Malta

Justin Schembri ta b’donazzjoni l-onorarja kollha tiegħu bħala Kunsillier Lokali lill-Ministeru tal-Edukazzjoni biex jgħin fix-xiri ta’ kompjuters u apparat teknoloġiku għal studenti li ġejjin minn familji b’diffikultajiet finanzjarji.  Mhux l-ewwel darba li Justin Schembri tkellem dwar l-importanza li l-edukazzjoni ma tibqax ankrata f’sistema tradizzjonali u spjega kemm-il darba dwar l-iżviluppi meħtieġa biex it-teknoloġija edukattiva tkun għodda li tintuża kif mistenni fis-seklu 21.

 

Aqra l-artiklu komplut fuq il-gazzetta Lovin Malta

Fis-27 ta' Lulju 2019, f'perjodu diffiċli għall-Partit Nazzjonalista, Justin Schembri indirizza l-Kunsill Ġenerali Straordinarju qabel ittieħed vot ta' fiduċja fil-Kap tal-Partit ta' dak iż-żmien Adrian Delia. Fid-diskors tiegħu, Justin Schembri qal li hu kien hemm biex jiddefendi il-legat tad-demokrazija u s-saltna tad-dritt u biex jiddefendi l-arma li b’umiltà irridu nifhmu s-sinifikat tagħha. Hu qal li "ma nistgħux insalvaw id-demokrazija tal-pajjiż jekk ma nsalvawx id-demokarzija fi ħdan il-Partit Nazzjonalista". Huwa kkonkluda billi qal li kull min verament jemmen fid-demokarzija, għandu jagħżel l-għaqda u l-unità, għax il-Partit Nazzjonalista mhux il-kunsilliera imma l-eluf ta’ tesserati li diġa għamlu għażla demokratika. Adrian Delia kien ikkonfermat Kap tal-Partit wara li 67% vvutaw favur.

 

Tista' tisma' d-diskors kollu hawnhekk fuq is-sit newsbook.

Justin Schembri kiseb 2,543 vot fl-elezzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara f’Mejju tal-2019, jew 44.2% tal-voti tal-Partit Nazzjonalista li b’kollox ġab 43.67% tal-voti biex illum jokkupa l-kariga ta’ Minority Leader fil-Kunsill Lokali.

 

Iggradwa mill-Universita' ta' Malta fl-2008 b'BA Hons fil-Malti, fl-2009 b'P.G.C.E. u fl-2018 b'Diploma Ogħla fl-Istudji Politiċi. Huwa jgħallem il-Malti fil-livell sekondarju. Awtur ta' diversi pubblikazzjonijiet fosthom 'Frekwenzi Ħiemda' (2012), 'Frekwenzi Msikkta' (2015) u 'Megalomanija Perversa' (2020). 

 

 

Huwa kkontesta l-Elezzjonijiet Ġenerali tal-2017 fuq it-8 u l-1 Distretti. Fuq it-8 Distrett Justin Schembri kellu riżultati pożittivi tassew u fl-eventwalità ta’ by-election fid-Distrett 8, Justin Schembri jista' jieħu postu fil-Parlament. 

 

L-għarfien tiegħu fil-qasam edukattiv kien innotat mill-Partit Nazzjonalista li f’diversi okkażjonijiet deher jirrappreżenta lill-Oppożizzjoni Nazzjonalista f’dibattiti televiżivi fuq NET TV , u programmi popolari fosthom XTRA  ppreżentat minn Saviour Balzan u Realtà  mtella' minn Brian Hansford, it-tnejn fuq TVM. Ħa sehem ukoll f’dibattiti li jkopru aspetti politiċi oħra, kemm fil-pubbliku u kemm fuq it-televiżjoni.

Justin Schembri indirizza l-ewwel Kunsill Ġenerali tiegħu fit-30 ta' Novembru tal-2014 bit-tema Politika Onesta. Huwa fisser kif għalkemm għadu ġdid għax-xena politika, huwa jaspira li jkun qiegħed jagħmel differenza fil-Partit Nazzjonalista. 

 

Ara vidjo fuq YouTube

 

Flimkien mal-Kelliem għall-Edukazzjoni ta’ dak iż-żmien l-Onorevoli Joe Cassar huwa indirizza l-ewwel konferenza tal-aħbarijiet tiegħu quddiem l-uffiċini tal-MATSEC sabiex joggezzjona l-mizati l-godda minħabba li kienu qed jitfaw piz fuq il-familji Maltin wara li tħabbar mill-Gvern ta' Joseph Muscat li qed jiżdiedu l-miżati tal-eżamijiet fit-23 ta’ Ottubru.

Fl-2014, Justin Schembri ġie avviċinat biex jinvolvi ruħu fil-Partit Nazzjonalista u ta' sehmu fil-Form Opportunitajiet Indaqs. F’Settembru tal-istess sena, fuq talba tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista ta’ dak iż-żmien Simon Busuttil, Justin Schembri tħabbar bħala Kandidat għall-Elezzjonijiet Ġenerali f’isem il-Partit Nazzjonalista f’Settembru tal-2014.

 

Aqra l-artiklu komplut fuq is-sit Net News

 

Justin flimkien ma' martu Caroline kellhom lil Lexi fis-16 ta' Frar tal-2012. Lexi twieldet fid-disgħa ta' filgħaxija fl-Isptar Mater Dei u hija mgħammda fil-Knisja ddedikata lil San Ġorġ Preca s-Swatar Birkirkara. 

Iżżewweġ lil Caroline DeMarco nhar it-28 ta' Mejju tal-2010 fil-Knisja Parrokkjali ta' Burmarrad ta' 28 sena. 

 

Justin Schembri twieled fit-3 ta' Marzu tal-1982. Huwa iben Ronald u Edmea. Għandu erba' ħutu. Attenda l-Iskola Primarja St. Francis fl-Imsida u l-Junior Lyceum tal-Ħamrun.